Dwar Mistura

Click HERE for an updated profile of the band in English.

Il-grupp Mistura tnieda fl-2012 b’kometa li frammenti tagħha laqtu moħħ il-membri tal-grupp fl-istess ħin u li għalhekk ħassew li kellhom jimxu f’din it-triq biex jibqgħu ifakkru dan l-avveniment. Il-membri prinċipali huma Antonio Olivari, li jikteb il-maġġoranza tal-kanzunetti u jdoqq naqra kitarra żul minn hemm, u Malcolm Bonnici, li jkanta u jdoqq il-kitarra meta jżul minn hemm Antonio. Normalment live ikollhom magħhom ukoll ħbieb aljeni li nzertaw kienu fuq il-kometa stess. Dawn jipprovdu t-talent mużikali ‘out of this world’ tagħhom. Mistura pparteċipaw fl-Għanja tal-Poplu fl-2012 u rebħu l-premju WAFA għall-aqwa talent ġdid.

Informazzjoni iktar ‘normali’ dwarna ssibuha fil-paġna li ddedikawlna tal-M3P li ssibuha hawn. Apparti hekk din hija intervista magħna li biha tistgħu issiru tafuna aħjar:

Flimkien mal-effetti meħtieġa tagħha, din il-mistura tista’ tikkawża xi effetti mhux mixtieqa bħal ċaqliq taċ-ċelluli tal-moħħ, dwejjaq dwar l-istat tal-uman fid-dinja u nawżja. Għalkemm dawn l-effetti sekondarji mhux kollha jistgħu jseħħu, jekk iseħħu jistgħu jeħtieġu attenzjoni medika jew psikoloġika. Jew inkella xi kors tal-filosofija u ftit sens komun.

Il-kelma Mistura għandha 3 tifsiriet: (1) L-ewwelnett ġejja mill-kelma ‘misto’ mit-Taljan u tfisser taħlita; (2) It-tieni tfisser ukoll mediċina li wieħed jieħu meta jkun qiegħed sew biex jiġi aħjar; (3) Il-kelma, jekk titqies fil-plural, tfisser ‘moħbija’. Għalfejn qed ngħidu dan? Boooqqq.

Il-kliem tal-kanzunetti ta’ dan il-grupp huma l-opinjoni strettament personali tal-kantawtur u bl-ebda mod ma tirriflettu l-opinjoni professjonali preżenti jew futura tal-postijiet tax-xogħol fejn jaħdmu l-membri kollha tal-grupp.

2 thoughts on “Dwar Mistura

  1. Pingback: MISTURA xxandar it-tnedija ta’ din il-websajt | Mistura

  2. PROSIT ANTONIO U MALCOLM…..MUZIKA TAJBA U RILASSANTI….
    U GHANDHA TINTOGHGOB….JIEN SER INDOQQHA WAQT “BEJN IL-HBIEB” FUQ RADJU MALTA 93.7FM

    Liked by 1 person

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s