Mistura releases new live album – Mistura joħorġu lajv album

Mistura releases new live album

Mistura live album cover for bandcamp

The album cover

Local band Mistura has just released a new live album called “U l-Kotra Għajtet f’Daqqa – Mistura Lajv waqt Kotra 2016”. This album, which contains songs recorded during the “Kotra – Kunċert Kontra l-Kurrent” concert held last March, is a first for Mistura, which to date had released one studio album in 2014 called “U d-Dinja Tkompli Ddur”.

“In the space of two years we changed from a duo into a fully-fledged rock band, and we therefore felt that until our second studio album is finalised we would issue a recording more representative of what we’re playing live at the moment”, said Malcolm Bonnici, who together with Antonio Olivari is a founding member of the group. The band now includes Matthew Agius on bass and Mark Andrew Azzopardi on drums.

IMG_1104

Mistura waqt Kotra 2016

“Apart from six songs from the first album, which have since changed considerably, we decided to add another two. These are ‘Fil-Kju’ from the super Aħn’Aħna Jew M’Aħniex and another one as a teaser from the new album to give a hint of the direction we’ve taken since we adopted the new style.”

Mistura write and perform songs exclusively in Maltese, with music that has elements of blues, rock and folk. It debuted in 2012 at the L-Għanja tal-Poplu festival where they won the WAFA award for Best New Talent. Since then they have performed at a variety of venues including Rock the South, Teatru Unplugged, the Farsons Great Beer Festival, the Evenings on Campus, Notte Bianca and Kotra.

The band would like to thank Emerson Vella for the recording and Jeremy Grech, the organiser of Kotra, for the dedication they show towards the local live scene.

The following is the album on Bandcamp – click to listen:

 

You can also access it though the Bandcamp website here or through Youtube here.

 

Mistura joħorġu lajv album

IMG_1248

Mistura waqt Kotra 2016

Il-grupp lokali Mistura għadhom kif ħarġu lajv album bl-isem “U l-Kotra Għajtet f’Daqqa – Mistura Lajv waqt Kotra 2016”. Dan l-album, li fih kanzunetti rrekordjati waqt “Kotra – Kunċert Kontra l-Kurrent” li seħħ Marzu li għadda, huwa l-ewwel wieħed ta’ din ix-xorta għal Mistura, li s’issa kienu ħarġu l-ewwel studio album tagħhom bl-isem “U d-Dinja Tkompli Ddur” fl-2014.

“Fi spazju ta’ sentejn inbdilna minn duo fi grupp rock u allura ħassejna li sakemm noħorġu t-tieni studio album tagħna, li qed naħdmu fuqu bħalissa, ikun hemm recording aktar rapreżentattiva ta’ x’qegħdin indoqqu bħalissa lajv”, qal Malcolm Bonnici, li flimkien ma’ Antonio Olivari huwa l-membru li ħoloq il-grupp. Magħhom issa ingħaqdu Matthew Agius fuq il-bass u Mark Andrew Azzopardi fuq id-drums.

IMG_1103

Mistura waqt Kotra 2016

“Apparti sitt kanzunetti mill-ewwel album tagħna, li kif wieħed jinnota l-ħoss issa nbidel sew, iddeċidejna li nżidu tnejn oħra. Dawn huma ‘Fil-Kju’ mill-mitiku Aħn’Aħna Jew M’Aħniex u waħda bħala introduzzjoni mill-album il-ġdid sabiex nagħtu ħjiel tad-direzzjoni li ħadna minn meta qbadna l-istil il-ġdid tagħna.”

Mistura huwa grupp li jdoqq kanzunetti esklussivament bil-Malti, b’mużika li għandha elementi ta’ blues u rock. Mistura ddebutta fl-2012 fil-festival tal-Għanja tal-Poplu fejn ħadu l-premju WAFA għall-aqwa talent ġdid. Minn dak iż-żmien ’l hawn huma daqqew f’diversi postijiet, fosthom Rock the South, Teatru Unplugged, il-Farsons Great Beer Festival, l-Evenings on Campus, Notte Bianca u Kotra.

Il-grupp jixtieq jirringrazzja lil Emerson Vella tal-irrekordjar u lil Jeremy Grech, il-moħħ wara Kotra, għad-dedikazzjoni li juru lejn ix-xena lokali lajv.

Reġa bdielna – ser noħorġu lajv album sħiħ minflok

IMG_1248Wara ħafna daqq tat-trombi minn fuq il-bjut u nejk ieħor iddeċidejna li nibdlu l-pjanijiet kollha. Ser niffrankawlkom li toqgħodu taraw lil wiċċna l-ikrah jixxengel u jitkerrah (u l-warrani jiżżegleg) fuq il-palk. Minflok tliet videos tagħna ndoqqu, issa ser noħorġu live album komplut (awdjo jiġifieri) b’tmien tracks mill-istess kunċert (Kotra – Kunċert Kontra l-Kurrent 2016). Iva, ħbieb, qrajtu sew. Il-ħaġa s-sabiħa hi li ser ikun online. Isbaħ minn hekk, ser ikun aċċessibli b’xejn. U l-isbaħ ħaġa hi li ser ikun magħna fil-jiem li ġejjin.

Għaldaqstant bi pjaċir inħabbru l-album “U l-Kotra Għajtet f’Daqqa” – Mistura Lajv waqt Kotra 2016, li fih recordings mill-festival Kotra li daqqejna fih f’Marzu 2016.  Ta’ min jgħid li l-kanzunetti ma ġewx imbabsa bi programmi bħal auto-tune u nejk ieħor – l-iskop ta’ dan l-album m’huwiex li nesponu l-perfezzjoni iżda li nagħtu stampa ċara u sħiħa tal-mużika li qed indoqqu bħalissa lajv bħala grupp elettriku. Hawn hija l-lista tal-kanzunetti li għażilna:

01 Kollox l-Istess
02 Sowxal Netwerk
03 Kliem Sabiħ Awto-Ċensurat
04 Fil-Kju
05 Tivvutax
06 L-Għanja tal-Għala Biebu
07 Issa Tard Wisq
08 Ifraħ Għax Iblah

Napprezzaw li ġaladarba noħorġuh tagħmlu share u li ttuna l-kummenti tagħkom. Hampers, arloġġi tal-lira u rigali oħra jiġu aċċettati wkoll u jingħataw lil xi organizzazzjonijiet fil-bżonn. Ħlief jekk ikun hemm xi flixkun Jameson fil-hamper għax Malcolm iħobbu wisq.

Aktar informazzjoni dalwaqt.