Ma Niflaħx

Din id-darba m’hemmx ċimbli, ċirimelli u stqarrijiet għall-istampa biex taparsi jġibuna fl-aħbarijiet. Hawn hi l-kanzunetta l-ġdida tagħna – jekk togħġobkom xerrdu l-kelma, agħmlu share u qajmu diskussjoni fuq is-suġġetti li nirreferu għalihom. Kultant l-aħjar Mistura hi li ma nħallux kollox taħt it-tapit imma li nitkellmu fejn hemm il-problema. Fejn qed insofru fil-kwiet imma ma nitkellmux għax naħsbu li waħedna. U nħallu erbat iċwieċ jitnejku bina f’wiċċna. Kemm tiklikkja biex tara l-lyric video.