MISTURA xxandar it-tnedija ta’ din il-websajt

In-nies ma jiġux waħedhom f’din il-websajt u għaldaqstant infurmajna lill-media u lill-ġurnalisti tal-kultura u tal-irkejjen mużikali tax-xandir li ġiet imnedija. Uħud minnhom huma ħbieb tagħna li dejjem għenuna kif setgħu u ta’ dan nirringrazzjawhom minn qalbna.

Dawn huma l-artikli li ħarġu s’issa – inkomplu nżidu ma’ din il-lista jekk insiru nafu b’iktar:

– MikeBugeja.com – MISTURA: OFFICIAL WEBSITE LAUNCHED
– iNewsMalta – Id-duo Mistura jniedu websajt ġdida
– Sunday Times of Malta – Mistura launch new website – click to view printed and online versions of the article.
– Il-Mument – Id-duo Mistura jniedu websajt ġdida

Apparti dan, nirringrazzjaw lilkom ukoll talli ġejtu żżuru l-websajt wara li probabilment iltqajtu ma’ waħda minn dawn il-links. Issa tistgħu tidħlu fil-paġni tal-menu sabiex issiru tafu aktar dwarna u tisimgħu id-diski li ħriġna s’issa.

Daqqejna fiż-Żejtun FolkFest

Dan huwa ritratt tagħna waqt li qed indoqqu fiż-Żejtun FolkFest il-Ħamis 24 ta’ Lulju 2014, fejn daqqejna uħud mid-diski tagħna lil udjenza mdaqqsa u ħadna gost bl-atmosfera sabiħa sajfija li kien hemm. Għalissa minn naħa tagħna daqshekk… intukom aktar dettalji dwar x’qiegħed jinħema fil-kamp Mistura dalwaqt.
 

Merħba fil-paġna tad-duo MISTURA

Grazzi talli qiegħed iżżur il-paġna ġdida fjamanta tagħna…. u merħba!

Aħna d-duo mużikali Mistura – Malcolm u Antonio – b’diski esklussivament oriġinali bil-Malti. Qabel taqra iktar ċuċati milli niktbu f’din il-paġna nissuġġerulek tisma’ ftit id-diski li ħriġna s’issa, li lkoll jinsabu f’dan il-link fuq YouTube (hemm 10 diski) flimkien ma’ xi verżjonijiet tagħhom ‘live’: http://www.youtube.com/playlist?list=PLOWxESmqvxMe1g_roAPyi5GzcA3Btq_We

Apparti hekk biex tara ftit kemm aħna orrajt hawn din l-intervista (video) flimkien ma’ żewġ diski li daqqejna live unplugged għall-okkażjoni: http://strumminartists.com/2014/03/24/doza-ta-mistura/

Fl-aħħar nett, kompli segwi x’niktbu ta’ kuljum fuq Facebook billi tillajkja ‘l paġna tagħna hawn.