“Mhux Xorta” it-tieni video mużikali mill-grupp Mistura

Il-grupp lokali Mistura għadu kif nieda t-tieni video mużikali, li huwa għall-kanzunetta “Mhux Xorta” mill-album il-ġdid tagħhom “Regħbus” li ġie mniedi f’Diċembru 2018 u li jinsab għall-bejgħ.

“Kemm-il darba għedna li Walter Micallef kien ta’ influwenza kbira speċjalment fejn tidħol il-lirika bl-ilsien Malti, u din il-kanzunetta hija forsi l-aktar waħda li tmur qrib lejn l-istil niggieżi tiegħu. Il-video din id-darba ħassejna li għandu jkun aktar sempliċi biex l-enfażi filfatt tibqa’ fuq dan il-kliem u ppruvajna nwasslu l-messaġġ li l-iskrin ikompli jitniġġeż hekk kif jiġrielna f’ħajjitna kull meta naċċettaw xi ħaġa u ngħidu l-frażi “mhux xorta”.”

Mistura ddebuttaw fl-2012 fil-festival tal-Għanja tal-Poplu fejn ħadu l-premju WAFA għall-aqwa talent ġdid. Minn dak iż-żmien ’l hawn huma daqqew f’diversi postijiet, fosthom Rock the South, Teatru Unplugged, il-Farsons Great Beer Festival, l-Evenings on Campus, Notte Bianca u Kotra. Mistura ħarġu żewġ studio albums li huma “U d-Dinja Tkompli Ddur” (2014) u “Regħbus” (2018) flimkien ma’ album live ta’ kunċert fl-2016 bl-isem “U l-Kotra Għajtet f’Daqqa”. Aktar dettalji misturamalta.com.

“Mhux Xorta” the second music video by rock band Mistura

Local band Mistura have just released their second music video, this time for their song “Mhux Xorta” from their new album “Regħbus” released in December 2018 and which is currently for sale.

“We have stated many times that Walter Micallef is one of the main influences when it comes to lyrics in the Maltese language, and this song is perhaps the one that comes closest to his style. We also felt that the video should be simpler this time round so that the focus remain the lyrics and we tried to put across the message that the screen is more polluted, similar to what happens in our lives, each time we accept something and utter the words “mhux xorta”.”

Mistura debuted in 2012, at the L-Għanja tal-Poplu festival where they won the WAFA award for Best New Talent. Since then, they performed at a variety of venues including Rock the South, Teatru Unplugged, the Farsons Great Beer Festival, the Evenings on Campus, Notte Bianca and Kotra. They released two studio albums, “U d-Dinja Tkompli Ddur” (2014) and “Regħbus” (2018) together with a live concert album in 2016 called “U l-Kotra Għajtet f’Daqqa”. More details at misturamalta.com.