Il-grupp lokali Mistura ħabbar li t-tliet albums li ħarġu s’issa jinsabu u jistgħu jiġu streamed online b’mod sħiħ fl-apps tal-għażla tiegħek. Filfatt il-mużika kollha ta’ Mistura, li tammonta għal 36 kanzunetta, issa tinsab fuq Spotify, iTunes, YouTube Music, GooglePlay Music, Amazon Music, Deezer u numru ta’ apps oħra li lkoll jipprovdu servizz ta’ streaming tal-mużika. Dan jinkludi ż-żewġ studio albums, bl-isem “U d-Dinja Tkompli Ddur” (2014) u “Regħbus” (2018), flimkien ma’ album live ta’ kunċert bl-isem “U l-Kotra Għajtet f’Daqqa” (2016).
“Ħassejna li sabiex il-mużika tagħna tkun aktar aċċessibbli hemm bżonn li tkun f’idejn min jinteressah li jismana’ bil-modi differenti kollha li wieħed sar jisma’ l-mużika f’dawn iż-żminijiet. Bħala printing ta’ CDs għandna xi kopji tal-album Regħbus għal min jixtieq pero’ nifhmu li fl-2019 ħafna lanqas biss ikollhom CD Player fuq x’hiex idoqqu l-mużika. Allura dan huwa mod ieħor għalina li bih nilħqu aktar nies”.
Aktar informazzjoni dwar Mistura ssibuha fuq misturamalta.com.
Direct link to Spotify artist page HERE, YouTube Music HERE and Deezer HERE.
Mistura albums now available on Apps of Your Choice
Local band Mistura announced that its three albums are now available and can be streamed online in their entirety on the apps of your choice. In fact all Mistura tracks released to date, amounting to 36 songs, are now found on Spotify, iTunes, YouTube Music, GooglePlay Music, Amazon Music, Deezer and a number of other apps that provide this kind of music streaming service. This includes the two studio albums “U d-Dinja Tkompli Ddur” (2014) and “Regħbus” (2018), together with a live album of a concert released as “U l-Kotra Għajtet f’Daqqa” (2016).
“We felt that for the music to be accessible we need it to be in the hands of those would might be interested to listen to us through all media currently being used to listen to music. With regards to printing of CDs we still have copies of Regħbus for those interested but we understand that in 2019 many people do not even have a CD player on which to play music. This is therefore a new way for us to reach more people.”
More information about Mistura can be found at misturamalta.com.