Aġġornament

Kemm intukom aġġornament qasir dwar dak li għaddejjin minnu bħalissa bħala Mistura. L-album miexi ġmielu u sadattant kellna dawn it-tliet affarijiet itektku fil-borma:

1. Kunċert għal Jannar – inħabbru d-dettalji kif itina l-permess l-organizzatur imma sa tkun tal-ġenn għax ser indoqqu ma’ grupp dal-‘upstja’ kif kien jgħid il-Lito.

2. Intervista fuq Maltarti għax nieħdu pjaċir nidhru u hekk:

3. Antonio ddejjaq jistenna sakemm tlestew id-drums u l-bass tal-album u ħejja ftit mużika ġdida li jisimha “Id-dinja li naf jien”:

Dak kollox għalissa probabilment għal din is-sena. Jiġifieri l-festi t-tajba. Sadattant ippruvaw tirduppjawx is-size bil-festini kollha li ċerti li ser tattendu għalihom. Ċaw ċaw.