Mistura jħabbru mini-album bl-isem “MMXX”

Id-duo lokali Mistura għadu kif ħareġ mini-album ġdid bl-isem “MMXX”, li bħas-soltu għandu lirika bil-Malti. Apparti l-kanzunetti “Ma Niflaħx” u “Nifs”, li Mistura ħarġu aktar kmieni din is-sena, dan il-mini-album fih tliet kanzunetti ġodda oħra. L-album qiegħed kollu kemm hu fuq Spotify fejn wieħed jista’ jisimgħu b’xejn f’dan il-link:

“Dawn huma kanzunetti li ktibna wara li bdiet il-pandemija, u allura ħsibna li jkun jagħmel aktar sens li naqbdu u noħorġuhom issa ħalli jkunu parti mill-istorja straordinarja ta’ din is-sena. Dan ukoll bit-tama li s-sena d-dieħla tkun waħda differenti u aħjar.”

Mistura ddebuttaw fl-2012 fil-festival tal-Għanja tal-Poplu fejn ħadu l-premju WAFA għall-aqwa talent ġdid. Minn dak iż-żmien ’l hawn huma daqqew f’diversi postijiet, fosthom Rock the South, Teatru Unplugged, il-Farsons Great Beer Festival, l-Evenings on Campus, Notte Bianca u Kotra. Qabel “MMXX” (2020) Mistura ħarġu żewġ studio albums, li huma “U d-Dinja Tkompli Ddur” (2014) u “Regħbus” (2018), flimkien ma’ album live ta’ kunċert fl-2016 bl-isem “U l-Kotra Għajtet f’Daqqa”. Aktar dettalji misturamalta.com.

Mistura issue mini-album entitled “MMXX”

Local duo Mistura has just released a new mini-album called “MMXX” with lyrics all in Maltese. In addition to the songs “Ma Niflaħx” and “Nifs”, which Mistura released earlier this year, this mini-album contains three other new songs. The album is entirely on Spotify where you can listen for free at this link:

“These are songs we wrote after the pandemic started, so we thought it would make more sense to release them now so that they are part of this year’s extraordinary story. This also with the hope that next year will be a different and better one.”

Mistura debuted in 2012, at the L-Għanja tal-Poplu festival where they won the WAFA award for Best New Talent. Since then, they performed at a variety of venues including Rock the South, Teatru Unplugged, the Farsons Great Beer Festival, the Evenings on Campus, Notte Bianca and Kotra. Before “MMXX” (2020) they released two studio albums, “U d-Dinja Tkompli Ddur” (2014) and “Regħbus” (2018), together with a live concert album in 2016 called “U l-Kotra Għajtet f’Daqqa”. More details at misturamalta.com.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s