Isma’ d-diski

Dawn huma xi uħud mid-diski tagħna. Iklikkja biex tisma’.

Din hija l-ewwel diska tagħna bl-isem ‘Isma’ Bilfors’ li biha pparteċipajna fl-Għanja tal-Poplu 2012 u rbaħna l-premju “L-Aqwa Talent Ġdid” mogħti mill-World Association of Festivals and Artists (WAFA). Dal-video huwa ‘live’ waqt l-istess festival:

Warajha, aktar tard fl-2012, imbagħad ħriġna ‘L-Apoloġija’ u ‘Misraħ il-Ħelsien’, u għall-ħabta tal-Milied ħriġna wkoll diska għall-okkażjoni, jisimha (ovvjament) ‘Diska tal-Milied’. Fl-2013 ħriġna ħames diski, jisimhom “Sowxal Netwerk”, “Nammetti li ma naf xejn” (li biha ħadna sehem fil-festival tal-Għanja tal-Poplu 2013), l-istrumentali “Dawramejt”, id-diska twila disa’ minuti bl-isem “Kollox l-Istess” u “Introspezzjoni Stellari”. Dawn id-diski kollha, flimkien mad-diska li ħriġna fl-2014 (“Tivvutax”), jinsabu kollha fl-ewwel album li jismu “U d-Dinja Tkompli Ddur”. Wieħed jista’ jordnah billi jibgħat email fuq info@misturamalta.com. Sadattant dawn huma xi diski minnhom flimkien ma’ xi verżjonijiet ‘live’ tagħhom:

Dak kollox għalissa – komplu segwuna għal aktar diski minn tagħna!

One thought on “Isma’ d-diski

  1. Pingback: MISTURA xxandar it-tnedija ta’ din il-websajt | Mistura

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s