Id-duo lokali Mistura għadu kif nieda kanzunetta ġdida wara assenza ta’ erba’ snin. Bl-isem “Grazzi bil-Quddiem”, din hija karba għall-kwiet u s-sliem wara ġurnata fil-ġenn u l-istorbju. Il-kanzunetta, bil-Malti bħar-repertorju kollu tagħhom, ittellgħet fuq YouTube u tinsab hawn: https://www.youtube.com/watch?v=asHLVA7aYG8.
Mistura ddebuttaw fl-2012 fil-festival tal-Għanja tal-Poplu fejn ħadu l-premju WAFA għall-aqwa talent ġdid. Minn dak iż-żmien ’l hawn huma daqqew f’diversi postijiet, fosthom Rock the South, Teatru Unplugged, il-Farsons Great Beer Festival, l-Evenings on Campus, Notte Bianca u Kotra. Mistura ħarġu tliet studio albums, li huma “U d-Dinja Tkompli Ddur” (2014), “Regħbus” (2018) u MMXX (2020) flimkien ma’ album live bl-isem “U l-Kotra Għajtet f’Daqqa” (2016). Aktar misturamalta.com.