Reġa bdielna – ser noħorġu lajv album sħiħ minflok

IMG_1248Wara ħafna daqq tat-trombi minn fuq il-bjut u nejk ieħor iddeċidejna li nibdlu l-pjanijiet kollha. Ser niffrankawlkom li toqgħodu taraw lil wiċċna l-ikrah jixxengel u jitkerrah (u l-warrani jiżżegleg) fuq il-palk. Minflok tliet videos tagħna ndoqqu, issa ser noħorġu live album komplut (awdjo jiġifieri) b’tmien tracks mill-istess kunċert (Kotra – Kunċert Kontra l-Kurrent 2016). Iva, ħbieb, qrajtu sew. Il-ħaġa s-sabiħa hi li ser ikun online. Isbaħ minn hekk, ser ikun aċċessibli b’xejn. U l-isbaħ ħaġa hi li ser ikun magħna fil-jiem li ġejjin.

Għaldaqstant bi pjaċir inħabbru l-album “U l-Kotra Għajtet f’Daqqa” – Mistura Lajv waqt Kotra 2016, li fih recordings mill-festival Kotra li daqqejna fih f’Marzu 2016.  Ta’ min jgħid li l-kanzunetti ma ġewx imbabsa bi programmi bħal auto-tune u nejk ieħor – l-iskop ta’ dan l-album m’huwiex li nesponu l-perfezzjoni iżda li nagħtu stampa ċara u sħiħa tal-mużika li qed indoqqu bħalissa lajv bħala grupp elettriku. Hawn hija l-lista tal-kanzunetti li għażilna:

01 Kollox l-Istess
02 Sowxal Netwerk
03 Kliem Sabiħ Awto-Ċensurat
04 Fil-Kju
05 Tivvutax
06 L-Għanja tal-Għala Biebu
07 Issa Tard Wisq
08 Ifraħ Għax Iblah

Napprezzaw li ġaladarba noħorġuh tagħmlu share u li ttuna l-kummenti tagħkom. Hampers, arloġġi tal-lira u rigali oħra jiġu aċċettati wkoll u jingħataw lil xi organizzazzjonijiet fil-bżonn. Ħlief jekk ikun hemm xi flixkun Jameson fil-hamper għax Malcolm iħobbu wisq.

Aktar informazzjoni dalwaqt.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s