‘Regħbus’ it-tieni album mill-Mistura

Il-qoxra tal-album ‘Regħbus’.

Il-grupp mużikali lokali Mistura ser ikun qiegħed iniedi t-tieni studio album, bl-isem ‘Regħbus’, fl-ewwel ta’ Diċembru 2018 f’The Garage Ħaż-Żebbuġ. L-album, li fih 12-il kanzunetta oriġinali ġodda kollha bil-Malti, ikompli b’kummentarju soċjali jaqta’ li issa sar sinonimu ma’ dan il-grupp. Dan jinkludi l-kanzunetta ‘Tuna Isimkom’, li ħarġet b’video mużikali aktar kmieni din is-sena. It-titlu tal-album huwa logħba bil-kliem, fejn il-kliem ‘regħba’ u ‘rebus’ ġew imħallta sabiex inħolqot kelma ġdida fil-vokabularju Malti li tirrifletti t-tema tal-album.

“Dawn il-kanzunetti jesprimu ħsibijiet u sentimenti li huma għal qalbna” jgħid Malcolm, kantant ta’ Mistura. “B’Kanzunetti ġodda bħal ‘Little Malta’, ‘Pjan Perfett’, ‘L-Intitolat’ u ‘Mhux Xorta’ qegħdin nippruvaw ukoll nifhmu x’qiegħed jiġri f’dan il-punt ta’ ħajjitna f’pajjiżna u fid-dinja. Kif ngħidu fil-kliem tal-kanzunetta ‘Little Malta’, ‘Meta tara mappa tal-gżejjer Maltin mal-ewwel tinduna li there’s something fishy.‘”

Mistura ddebuttaw fl-2012 fil-festival tal-Għanja tal-Poplu fejn ħadu l-premju WAFA għall-aqwa talent ġdid. Minn dak iż-żmien ’l hawn huma daqqew f’diversi postijiet, fosthom Rock the South, Teatru Unplugged, il-Farsons Great Beer Festival, l-Evenings on Campus, Notte Bianca u Kotra. S’issa Mistura ħarġu studio album fl-2014 bl-isem ‘U d-Dinja Tkompli Ddur’ u album live ta’ kunċert fl-2016 bl-isem ‘U l-Kotra Għajtet f’Daqqa’.

Aktar informazzjoni tinstab misturamalta.com.

Facebook Events page for launch of album HERE.

‘Regħbus’ the second album by Mistura

Local rock band Mistura will be launching their second studio album, named ‘Regħbus’, on the first of December 2018 at The Garage in Ħaż-Żebbuġ. The album, which contains 12 original new songs in Maltese, perseveres with sharp social commentary that has become synonymous with this group. This includes the song ‘Tuna Isimkom’, which was released with a music video earlier this year. The title of the album is a play on words, mixing regħba (greed) and rebus (chaos) to create a new word in the Maltese vocabulary that reflects the theme of the album.

“These songs express thoughts or a feeling close to our heart” says Malcolm, Mistura singer. “With new songs such as ‘Little Malta’, ‘Pjan Perfett’, ‘L-Intitolat’ and ‘Mhux Xorta’ we’re also trying to understand what’s happening at this point in our lives in our country and in the world. As the lyrics of ‘Little Malta’ succinctly state, ‘when you see a map of the Maltese islands you instantly see that there’s something fishy.'”

Mistura debuted in 2012, at the L-Għanja tal-Poplu festival where they won the WAFA award for Best New Talent. Since then, they performed at a variety of venues including Rock the South, Teatru Unplugged, the Farsons Great Beer Festival, the Evenings on Campus, Notte Bianca and Kotra. They released a studio album in 2014 called ‘U d-Dinja Tkompli Ddur’ and a live concert album in 2016 called ‘U l-Kotra Għajtet f’Daqqa’.

More information can be found at misturamalta.com.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s