Kontra l-kurrent

IMG_0987

Ara ħaqq ġabu ritratt tagħna fis-Sunday Times tallum! Kemm aħna popolari ħij – ara ħa niftħu account ta’ Ebay biex inbiegħu il-firem.

U hekk hu wasalna biex indoqqu l-ewwel gig tal-2016, li huwa t-tieni edizzjoni ta’ Kotra – kunċert kontra l-kurrent. L-ewwel edizzjoni konna ftaħniha aħna – grupp żgħir sa ċertu punt mistħi li sena ilu fl-umiltà tiegħu kien qiegħed jipprova jsib saqajh bħala grupp komplut, kemm bħala materjal li jindaqq u anki bħala kommunikazzjoni bejn il-membri individwali. Kien gig interessanti, kemm mużikalment bil-baned l-oħra li ħadna pjaċir naraw idoqqu wara li żarmajna l-affarijiet tagħna, u anki bl-istands l-oħra li kien hemm. Konna xtrajna t-shirts kemm minn ta’ Kelma Kelma u anki minn tal-Furban Malti, li tat-tnejn imbagħad ilbisnihom kemm-il darba meta daqqejna lajv fis-sajf. Nisperaw li nerġgħu narawhom hemm – b’designs ġodda – flimkien ma’ esponenti oħrajn li jipproduċu affarijiet li fihom jużaw il-Malti.

ostja mark

Popeye kellu l-ispinaċi u Mark l-ostji “croccanti”. Għax biex inħejju kunċert tal-ostja xi ħaġa ridna nivvintaw.

Biex nerġgħu lura għall-mużika tagħna, din is-sena nisperaw li ser inkunu ftit aktar kunfidenti, b’kanzunetti li jaħdmu ftit iktar minn oħrajn li m’għaddewx mit-test aħħari li jkunu parti mil-lista tal-kanzunetti finali. Magħna bħala gruppi hemm ħafna oħrajn rinomati u li ninżgħulhom il-kappell, u allura importanti li ma naqgħux għan-nejk. Apparti biċċiet mill-ewwel album tagħna u xi cover li tgħoġobna dejjem bil-Malti (Xemx u L-aħħar Bidwi mhux sa ndoqquhom don’t worry), ser indoqqu wkoll għall-ewwel darba xi kanzunetti mill-album il-ġdid li qed naħdmu fuqu bħalissa, inkluż waħda li għall-ewwel darba fil-katalgu tagħna ser ikun fiha xi kliem ħażin u hekk. Għax wara kollox ma tistax tkun Malti ta’ vera mingħajr ma żżerżaq waħda jew tnejn tajbin mqarr kultant. Imma nsomma – la rridu nikxfu l-karti kollha u lanqas, minn naħa l-oħra, nagħtu l-impressjoni li l-iskop tal-kanzunetti tagħna hu li noqgħodu nieħdu pjaċir nitkellmu ħażin. Ara li tiżvoga biex isservi ta’ Mistura u tħossok ftit aħjar, imbagħad…

Dak kollox għalissa. Narawkom il-Ġimgħa 25 ta’ Marzu r-Razzett l-Aħmar. Fit-8pm jibda kollox.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s