Id-duo lokali Mistura għadu kif ħabbar it-tnedija ta’ kanzunetta ġdida bl-isem “Nifs”, li hija l-ewwel waħda wara l-album Regħbus li ħareġ fl-2018. B’tema sajfija, Mistura jiddeskrivu dan l-istaġun partikolari tal-2020 bħala “nifs bejn mewġa u oħra”. Il-kanzunetta, li ttellgħet fuq YouTube b’video mużikali li fih il-kliem tal-kanzunetta, tinsab hawn: https://youtu.be/p72lUQ6dEk4
“Intqal ħafna dwar dak kollu li qiegħed jiġri madwarna din is-sena straordinarja, u aħna m’għandna xi nzidu xejn ħlief li forsi noħolqu ftit ironija mis-sitwazzjoni preżenti b’din il-kanzunetta li nisperaw li tintgħoġob.”
Mistura ddebuttaw fl-2012 fil-festival tal-Għanja tal-Poplu fejn ħadu l-premju WAFA għall-aqwa talent ġdid. Minn dak iż-żmien ’l hawn huma daqqew f’diversi postijiet, fosthom Rock the South, Teatru Unplugged, il-Farsons Great Beer Festival, l-Evenings on Campus, Notte Bianca u Kotra. Mistura ħarġu żewġ studio albums li huma “U d-Dinja Tkompli Ddur” (2014) u “Regħbus” (2018) flimkien ma’ album live ta’ kunċert fl-2016 bl-isem “U l-Kotra Għajtet f’Daqqa”. Aktar dettalji misturamalta.com.
“Nifs” new song by Mistura
Local duo Mistura has just announced the release of a new song called “Nifs”, which is the first since album Regħbus issued in 2018. With a summer theme, Mistura describe this particular 2020 season as “breathing between waves” (“nifs bejn mewġa u oħra”). The song, which has been uploaded on YouTube with a lyric music video, can be watched here: https://youtu.be/p72lUQ6dEk4
“A lot has been said about everything that is happening around us throughout this extraordinary year. We have nothing to add except some irony from the situation we are currently in with this song, which we hope people will like.”
Mistura debuted in 2012, at the L-Għanja tal-Poplu festival where they won the WAFA award for Best New Talent. Since then, they performed at a variety of venues including Rock the South, Teatru Unplugged, the Farsons Great Beer Festival, the Evenings on Campus, Notte Bianca and Kotra. They released two studio albums, “U d-Dinja Tkompli Ddur” (2014) and “Regħbus” (2018) together with a live concert album in 2016 called “U l-Kotra Għajtet f’Daqqa”. More details at misturamalta.com.